Lokali

Possibbiltà ta’ influss ta’ immigranti lejn pajjiżna wara s-sospensjoni ta’ Mare Nostrum

Jeħtieġ li Malta tibda tipprepara għall-possibbiltà ta’ influss ta’ immigranti fil-futur qrib. Dan filwaqt li l-pajjiżi Ewropej għandhom juru sostenn għas-sitwazzjoni delikata ta’ pajjiżna.

Hekk stqarr Francois Crepeau, espert tad-drittijiet tal-bniedem fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti. Hu qal li jemmen li s-sena d-diehla l-influss ta’ immigranti f’Malta jaf ikun ferm akbar wara li l-Gvern Taljan issospenda l-proġett Mare Nostrum fil-Mediterran.

Fl-aħħar sena, l-immigranti salvati fil-Mediterran mill-proġett Mare Nostrum gew kollha trasportati lejn l-Italja. Dan wassal biex in-numru ta’ wasliet f’Malta jonqos.

Madankollu, isostni l-espert tan-NU, is-sitwazzjoni issa taf tieħu xejra oħra minħabba li s-sospensjoni tal-proġett Taljan jista’ jwassal biex l-immigranti ma jibqgħux jiġu salvati biss mill-Italja.