Lokali

RITRATTI: Ħsarat estensivi fil-Kappella ta’ Ħad-Dingli

Il-maltemp tal-lejl li għadda ħalla ħsarat konsiderevoli fuq il-kappella li tinsab mal-irdum ta’ Ħad-Dingli.

Nies li tkellmu magħna qalulna li l-kappella tkissret b’sajjetta li faqqat matul il-lejl. L-aktar partijiet affetwati mill-ħsarat huma s-saqaf u l-faċċata.

Dingli 2

Waħda mill-isbaħ kappelli li hawn ġewwa Malta hija bla dubju din il-Kappella ta’ Santa Marija Maddalena. Din hi kappella li minbarra li hi sabiħa hija stess, tinsab f’post mill-isbaħ. Il-panorama minn xifer l-irdum ta’ Ħad-Dingli, fejn tinsab din il-kappella, bil-gżira ta’ Filfla fl-isfond
imċajpar, ma tara bħala mkien aktar f’Malta.

Dingli 3

Din il-kappella tissejjaħ ukoll “ta’ Rdum”, u tiġi f’xifer l-irdum fuq il-baħar. Is-sajjieda fl-imgħoddi kienu jqisuha bħala punt ta’ referenza għalihom meta jkunu qed ibaħħru fil-Lbiċ ta’ Malta.

Ħadd ma jaf eżatt meta nbniet l-ewwel darba din il-kappella. Li nafu żgur hu li hija antika ħafna, u kienet diġà teżisti fl-1446.

Ritratti: Noel Zammit