Kriżi ta’ finanzi sfurzat lill-Programm Dinji tal-Ikel tan-Nazzjonijiet Uniti (WFP) biex issospenda kupuni tal-ikel lil aktar minn 1.7 miljun refuġjat Sirjan fil-Ġordan, fil-Libanu, fit-Turkija, fl-Iraq u fl-Eġittu.
B’riżultat ta’ dan, eluf ta’ familji li ħarbu minn djarhom qed iħabbtu wiċċhom ma’ xitwa qalila. Barra minn hekk qed jiżdied ir-riskju ta’ aktar instabbilta’ fir-reġjun.
Mindu beda l-konflitt tliet snin ilu, il-WFP kien qed jipprovdi l-ikel lil miljuni ta’ persuni fil-pajjiż u lil mijiet ta’ eluf oħrajn f’pajjiżi ġirien.
Il-WFP uża l-iskema tal-kupuni, li tħalli lil refuġjati Sirjani biex jixtru l-ikel fi ħwienet lokali, biex tipprovdi $800 miljun fl-ekonomiji ta’ dawk il-pajjiżi fir-reġjun li qed jilqgħu lis-Sirjani li ġew sfurzati minn djarhom minħabba l-vjolenza.
//= $special ?>