Lokali

Aġġornata: Dar tieħu n-nar minħabba ħsarat fid-dawl tal-Presepju

Ħadd ma weġġa’ fi ħruq li ħakem dar f’Wied il-Għajn, kawża ta’ xi ħsarat fid-dawl tal-Presepju. Mill-ewwel informazzjoni li għandu MaltaRightNow.com jirriżulta li n-nar beda hekk kif il-membri kollha tal-familja kienu barra mid-dar. Kif uħud minnhom irritornaw id-dar, sabu duħħan iswed qawwi mill-bieb.

Jirriżulta li kawża tal-ħsarat fid-dawl tal-Presepju, qabad tapit, li minnu qabdu wkoll xi purtieri. Ħadd ma weġġa’ fl-inċident, propju minħabba li l-membri kollha tal-familja kienu barra. Xi ġirien taw l-ewwel għajnuna lill-membri tal-familja.

Fil-post waslu mmedjatament membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li ħadu ħsieb jikkontrollaw in-nirien. Min-naħa tagħhom, il-membri tal-familja oġġezzjonaw li crew ta’ NET News kienu fil-post. Madankollu, ma sabux oġġezzjoni bil-preżenza ta’ ġurnalisti minn stazzjonijiet oħrajn.

Aktar dettalji dalwaqt …