Skont stħarriġ li għadu kemm kien ippubblikat, madwar terz tat-tfal bejn 10 u 13 il-sena fir-Renju Unit ma jafux li l-Festa tal-Milied tiċċelebra t-twelid ta’ Ġesu Kristu.
Minbarra dan, nofs il-popolazzjoni tar-Renju Unit jikkunsidraw it-twelid ta’ Gesu irrelevanti għall-festi tal-Milied. Dan waqt li wieħed biss minn kull għaxar adulti li ħadu sehem fl-istħarriġ wieġbu tajjeb għal erba’ fatti dwar in-Nativita.
Il-kritiċi qalu li r-riċerka uriet li l-iskejjel qed isiru wisq korretti ‘mil-lat politiku’. Fl-istess ħin, l-iskejjel m’humiex itellgħu il-plays tradizzjonali dwar it-twelid tal-Bambin Gesu għaliex l-awtoritajiet jibżgħu li joffendu s-sentimenti tan-nies bi twemmin differenti.
Francis Goodwin, membru tal-grupp bl-isem ‘Christmas Starts With Christ’, qal li r-Renju Unit qed jinbidel f’wieħed mill-aktar pajjiżi sekulari fid-dinja.
L-istħarriġ inkwistjoni sar fuq l-inizjattiva ta’ dan il-grupp, b’Goodwin jinnota li ‘aktar ma pajjiż isir sinjur aktar iċ-ċittadin jibda jaħseb li m’għandux il-bżonn ta’ Alla u jirrikorri biss għar-reliġjon f’sitwazzjoni ta’ kriżi’.
//= $special ?>