Michael Cassar, il-Kummissarju l-ġdid tal-Pulizija, kellu kliem iebes ħafna għal dawk il-membri li moħħhom hu dwar x’se jiggwadanjaw u x’se jiksbu mill-Korp. “Dan irid jieqaf. Irid jieqaf b’mod immedjat. Kull membru fil-Korp irid jibda jaħseb f’termini ċari ħafna – x’se jagħti lill-Korp u kif se jservi l-uniformi aħjar milli għamel sa issa”.
Il-Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar, f’intervista dalgħodu ma’ MaltaRightNow kompla li hu mhux se jaċċetta membri fil-Korp li jħarsu lejn ix-xogħol tagħhom fil-Korp bħala xi xogħol part-time. “Din mhix se naċċettaha. Mhux qed nirriferi għal dawk li ddaħħlu bħala part-timers fil-Korp, iżda għall-membri kollha li flok ikun moħħhom fix-xogħol, ikun moħħhom f”affarijiet oħra.”
Hu żied li l-poplu Malti u Għawdxi għandu dritt sħiħ li jkollu Korp tal-Pulizija li jħarsu, jipproteġuh u jagħtih is-sigurtà. Il-membri tal-Korp għandhom obbligu mhux biss lejn il-pubbliku imma anki lejn l-istess Korp.”
Aktar aġġoramenti dwar din l-intervista mal-Kummissarju l-ġdid tal-Pulizija Michael Cassar, fil-ħin li ġej.
//= $special ?>