Il-Kummissarju l-ġdid tal-Pulizija Michael Cassar għamilha ċara mill-ewwel li mhux se jaċċetta ndħil. Fl-intervista, Michael Cassar tkellem ukoll dwar it-tmexxija tal-Korp u d-direzzjoni li se jagħti b’impenn mingħajr l-indħil ta’ ħadd.
MaltaRightNow.com għamel din l-intervista wara li t-Tnejn li għadda kien afdat bl-inkarigu tat-tmexxija tal-Korp tal-Pulizija mill-Prim Ministru Joseph Muscat. Hu qal li ma jaċċettax indħil għax irid li l-affarijiet isiru bis-serjetà.
“Iva, naċċetta direzzjoni u nitkellmu dwar kif nistgħu jagħmlu l-affarijiet bl-aħjar mod possibbli, iżda ħadd mhu se jindaħal la fl-investigazzjonijiet li nkunu qed nagħmlu bħala Pulizija u anqas fix-xogħol ta’ amministrazzjoni li jkun qiegħed isir. Dawn huma affarijiet esklussivi tal-Korp”, sostna Michael Cassar.
Ir-raba’ parti tal-intervista se tittella’ fuq MaltaRightNow.com ftit tal-ħin ieħor.
//= $special ?>