Internazzjonali Xjenza u Teknoloġija

Gwerra kontra l-pornografija tat-tfal fuq l-internet

Il-Prim Ministru Ingliż David Cameron ħabbar li r-Renju Unit kien se jiddikjara gwerra kontra l-pornografija li fiha jintwerew it-tfal fl-aspetti kollha tagħha – kemm kontra dawk li jagħmluha, li jqassmuha u li jarawha.
Fil-qofol tal-ġlieda se jkun hemm il-GCHQ, is-servizz sigriet Ingliż inkarigat fl-ispjunaġġ tat-telekomunikazzjonijiet kif ukoll in-National Crime Agency bil-mira ewlenija li jeliminaw il-pornografija tat-tfal fuq l-internet. Fil-mira hemm dak li jissejjaħ ‘dark web’ – speċi ta’ internet ieħor li wieħed ma jistax jidħol fih kif ġieb u laħaq, u jintuża ħafna għal attivitajiet illegali imma mhux biss. Fih isir skambju ta’ ritratti pornografiċi mill-agħar fejn jidħlu t-tfal.
Cameron ħabbar l-inizjattiva waqt diskors ilbieraħ għas-summit f’Londra bl-isem ‘#WeProtect Children’.

Aktar fil-ħarġa ta’ għada ta’ IN-NAZZJON