Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum il-Ħamis, il-11 ta’ Diċembru.

IN-NAZZJON b’rapport dettaljat dwar id-dibattitu li sar ilbieraħ fil-Parlament rigward il-każ Manwel Mallia, bil-Kap tal-Oppożizzjoni jgħid li każ bħal dan ma jiġrix f’pajjiż normali u li kien biss grazzi għall-Oppożizzjoni li l-fatti ħarġu fil-beraħ.

THE TIMES OF MALTA tieħu l-kummenti ta’ Ray Zammit li tneħħa mit-tmexxija tal-Korp tal-Pulizija, iżda inżamm mill-Gvern bħala Deputat Kummissarju. Zammit isostni li t-tneħħija tiegħu ma kinitx ġusta għaliex m’għamel xejn ħażin.

THE MALTA INDEPENDENT bl-aħħar żviluppi dwar il-każ Manwel Mallia – tgħid illi Mallia irribatta lill-Prim Ministru, Joseph Muscat qed juża double standards, l-ebda azzjoni mhi mistennija li tittieħed fil-konfront tal-Ispettur Gabriel Micallef u Silvio Scerri barra mix-xena.

L-ORIZZONT jgħid li għada mistennija deċiżjoni dwar it-talba ta’ Paul Sheehan (ix-xufier ta’ Manwel Mallia) għall-ħelsien mill-arrest.