Lokali

Il-Kummissarju tad-Data jemmen li l-media m’għandhiex dritt tippubblika informazzjoni dwar persuni privati

F’intervista ma’ Net News fil-kuntest tal-informazzjoni li nħarġet dwar telefonati li saru fil-kaz tal-ex xufier tal-ex ministru Manwel mallia,, il-Kummissarjru għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni Saviour Cachia jesprimi opinjoni dwar id-drittijiet li għandha l-media.

Quddiem is-sitwazzjoni li fiha l-medja kellha rwol importanti biex il-kaz pubbliku u nkixef cover-up dwar sparatura, il-Kummissarju tad-Data jsostni li ghandu jsir Kodici ta’ Kondotta dwar ir-Rwol tal-media f’cirkostanzi simili.

Il-kummissarju tad-Data josstni li l-Ufficjcu jemmen fid-dirtitjiet tal-ġurnalisti li jippubblikaw l-informazjzoni u jsostni li fil-passat l-ufficċju kien diga nvesitgativi logs ta’ telefonati fil-kaz tal-uffiċjal tal-pulizja Elton Taliana. Hu qal li l-investigazzjoni dwar il-kaz tal-isparatur tax-xufier Sheenan saret fuq inizjattiva tal-Uffiċċju bl-iskop li jkunu investigati l-proċeduri fis-sistema ta’ telefonati tal-pulizija.

Il-Kummissarju tad-Data jsostni li minkejja li l-invetisgazzjonijiet għadha ma bdietx, l-uffiċċju tal-Kummissarju tad-Data diġa identiifka l-post minn fejn din se tibda tiffoka.

Il-kummsisarju tad-data jsostni li l-Uffiċċju hu mpenjat li jserraħ moħħ in-nies dwar l-informazzjoni li tingħadda lill-Pulizija.