Lokali

Jitqabbdu 10 kontenituri tar-riċiklaġġ fix-Xlendi

Persuna jew persuni mhux magħrufa l-lejl li għadda taw in-nar lill-10 kontenituri tas-separazzjoni tal-iskar fix-Xlendi, limiti tal-Munxar. Il-Membri tal-Protezzjoni Ċivili waslu fuq il-post fil-ħin u għalhekk ma laħqux ħadu n-nar id-dgħajjes kollha tal-madwar.

Is-sit ta’ Maltarightnow.com tkellem mas-Sindku tal-Munxar Joseph Sultana li filwaqt li kkundanna dan l-att vandalu, qal li dan se jiswa’ lill-Kunsill eluf ta’ euro, minħabba li b’kollox inqerdu għal kollox 10 bins tas-separazzjoni tal-iskart.