Vjettnamiża li kienet taħdem il-Leisure Clothing u li ppruvat taħrab minn Malta minħabba s-sitwazzjoni degredanti fil-fabbrika u minħabba l-mod kif kienet qed tiġi ttrattata qalet fil-Qorti li meta darba minnhom kienet ma’ tiflaħx, is-Supervisor tal-fabbrika, qaltilha biex tkompli taħdem, u sa anke waslet biex waddbitilha l-mediċina għal wiċċha.
Hoang Thi Cam Van qalet li min imexxi l-kumpanija kien qalilha biex ma titkellimx ma’ persuni, l-aktar ma’ Maltin, u tgħid x’tip ta’ xogħol kienet qed tagħmel Malta. Jekk hija kienet tikser din ir-regola, kienet se tiġi rrappurtata lill-Pulizija Maltija, u dawn jerġgħu jibgħatu lura l-Vjettnam. Wara li ffirmat qalet li kellha tħallas 70 miljun fi flus Vjettnamiti ma’ aġenzija.
Xehdet ukoll Marisa Ciappara, accountant mqabbda bħala esperta tal-Qorti dwar il-qagħda finanzjarja tal-kumpanija Leisure Clothing li qalet li din għandha tagħti €534,000 f’salarji u hemm biss €70,000 fil-kont. Minħabba f’hekk il-ħaddiema ma jistgħux jitħallsu.
Kompliet tgħid li kellha tħallas 20 miljun oħra fi flus tal-istess pajjiż bħala depożitu għax-xogħol tagħha. Dwar meta kienet waslet Malta, qalulha li hi ma setgħetx titlaq u li kellha tobdi r-regolamenti kollha tal-pajjiż.
Hoang Thi Cam Van qalet li meta rikbet il-karozza fi triqitha mill-ajruport kien hemm mara li ħaditilha d-dokmenti kollha u bdiet taħdem kif was waslet Malta. Hi saħqet li l-ħinijiet normali tagħha kienu mis-7.00 a.m. sad-9.00 p.m. u l-Ħadd taħdem mit-8.00 a.m. sas-6.30 p.m.
Fix-xhieda tagħha qalet li kull xahrejn kienet tirċievi €150 u kull xaharejn u suppost kellha tingħata karta li tgħid l-ammont li jkollha tieħu, iżda din il-karta qatt ma ħaditha. B’kollox ħadet €600. L-imgħallem kien qalilha li kellha tlaħħaq is-somma ta’ €2,000 biex setgħet tieħu xi ħaġa, inkella kollu xejn.
Dwar meta hija staqsiet għaliex il-flus kienu jinżammu, qalulha li dawk huma r-regolamenti.
Għall-ewwel kienu tawha kamra kbira ma ħamsa oħra. Dwar l-ikel, kien jagħtuha ikel Ċiniż u li s-superjuri tagħha ma kienx jinteressahomx tiekolx jew le. Qalet li kieku kienet għal qalbha fix-xogħol ma kienitx tipprova taħrab. Qalt li meta kienet tilmenta mal-boss, kienu jgħidulha li se jinbidlu l-affarijiet, imma qatt ma nbidel xejn.
Ix-xhud qalet li kienu 17-il ħaddiema jaħdmu mal-Leisure Clothing.
Hoang Thi Cam Van qalet li tant xebgħet li kien irnexxielha b’xi mod tfaddal ftit flus u kellha xi dokumenti foloz ipprintjati u dan biex taħrab. Madankollu kienu qabduha l-Pulizija u ressquha l-Qorti u hemm spjegat li storja lill-Pulizija.
Ix-xhud qalet li fil-fabbrika kien hemm 250 ħaddiem li jinkludu Ċiniżi, Koreani, Vjettnamiti u Maltin, il-Vjettnamiti li tkellmet magħhom ukoll kienu jilmentaw u li kważi kollha kienu lmnetaw fuq l-ikel u x-xorb. Kien hemm min l-ikel kien jagħmillu d-deni, iżda l-istess l-ilmenti li kienu jsiru, kienu dejjem jaqgħu fuq widnejn torox. Għad-Diretturi tal-kumpanija Liesure Clothing qegħdin jidhru l-Avukati Edward Gatt u Pio Valletta. L-Avukati Karl Briffa, Michael Camilleri u Katrine Camilleri deheru f’isem il-ħaddiema ta’ Lesiure Clothing.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Joseph Busuttil u Silvana Briffa. Il-kumpilazzjoni 30 Diċembru li ġej.
//= $special ?>