Mara ta’ 49 sena ġiet kundannata 18-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin wara li ammettiet li serqet ammonti ta’ deheb lil persuni li kienet taħdem magħhom fis-Swieqi. Il-Maġistrat Charmaine Galea fid-deċiżjoni tagħat l-opportunita’ lil Brenda Orsini mill-Isla wara li hija ammettiet li serqet id-deheb u wara biħħitu lill-ġojjellier fil-Belt.
Orsini stess infurmat lill-Pulizija lil min kienet biħħitu żewġ ġiżirajjen u anke rritornat lura l-flus li ħadet permezz tas-serq. F’digriet li l-Qorti tat, ingħad li minkejja l-gravita’ tar-reat, il-piena għandha tkun waħda mnaqqsa minħabba li l-ħatja kkoperat bis-sħiħ tal-Pulizija u li Orsini għandha kondotta nadifa.
Filwaqt li l-mara ngħatat twissija mill-Qorti dwar il-konsegwenzi li setgħet tgħaddi minnhom jekk tikkommetti reat ieħor, ingħad li fiċ-ċirkostanzi l-aħjar piena hija dik ta’ sentenza soppiża. Kien hemm ordni wkoll biex Orsini ma tavviċinax il-vittmi.
L-Avukati Fabian Fleri u Carol Fabri mexxew il-Prosekuzzjoni.
//= $special ?>