Uffiċjali tal-WHO fi Sierra Leone sabu ħafna katavri mormija f’munzell f’raħal remot, u dan qanqal tħassib li l-problema tal-Ebola fil-pajjiż hi ferm akbar milli kien maħsub s’issa.
L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) qalet li s-sejba saret f’Kono, fil-Lvant tal-pajjiż. Il-katavri nstabu wara li uffiċjali tal-WHO indunaw li kien hemm żieda drammatika f’daqqa fil-każi tal-Ebola f’Kono.
Il-WHO qalet li tul perjodu ta’ 11-il ġurnata, f’Kono, ħaddiema tagħha difnu 87 katavru, fosthom infermiera u xufier ta’ ambulanza.
Uffiċjali tal-WHO sabu wkoll 25 persuna oħra li mietu tul din il-ġimgħa mormija f’munzell fi sptar lokali.
Aktar dettalji f’IN-NAZZJON ta’ għada
SIERRA LEONE: Jinstabu katavri mormija minħabba l-Ebola
