Internazzjonali

Tewmin għall-Prinċep ta’ Monaco

F’Monaco hemm eredi għat-tron hekk kif matul il-lejl il-Prinċipessa Charlene welldet tewmin – tifla u tifel – li ssemmew Gabriella u Jacques.

Minħabba l-liġijiet ta’ eredità għat-tron ta’ Monaco, il-Prinċep Jacques se jkun l-eredi.
Stqarrija mill-palazz tgħid li Gabriella twieldet l-ewwel u Jacques twieled żewġ minuti wara.
Il-koppja żżewġet fl-2011 u din hi l-ewwel darba li f’Monaco twieldu tewmin għall-familja rjali minn mindu twaqqfet il-monarkija fis-seklu 13.

Aktar f’IN-NAZZJON ta’ għada