Eluf ta’ xerrejja għall-Milied qed iħabbtu wiċċhom ma’ dewmien għal ordnijiet li saru fuq l-internet wara li courier ħabbar li ma jistax ilaħħaq man-numru ta’ pakketti fis-sistema tiegħu.
Yodel ġie sfurzat iwaqqaf milli jaċċetta pakketti ġodda għal jumejn sabiex ikollu żmien biżżejjed biex jirranġa d-diversi oġġetti li għadhom stivati fit-trakkijiet tiegħu.
Din id-deċiżjoni tfisser aktar dewmien għall-klijenti li qed jistennew xi pakketti mid-ditta li sservi eluf ta’ konsumaturi, fosthom, Amazon, Argos u Tesco.
Yodel, li jiddeskrivi lilu nnifsu bħala l-fornitur ewlieni tal-pakketti fir-Renju Unit wara r-Royal Mail, jieħu ħsieb aktar minn 135 miljun oġġett kull sena u jistqarr li jaħdem ma’ 80 fil-mija tal-ħwienet prinċipali fl-Ingilterra.
Madankollu, il-Yodel hu regolarment imfisser bħala l-agħar courier għall-ilmenti li jaqla’ u għas-servizz ħażin li jagħti lill-konsumatur!.
//= $special ?>

