Il-Korea ta’ Fuq x’aktarx ikollha 20 bomba nukleari oħra sal-2016 u mistennija twettaq numru ta’ provi ġodda fuqhom hekk kif qed tnaqqas id-daqs tal-bombi.
Siegfried Hecker, l-eks direttur tal-Laboratorju Nazzjonali Los Alamos fl-Istati Uniti, esprima t-tħassib tiegħu dwar il-kapaċitajiet nukleari ta’ Pyongyang matul laqgħat ma’ uffiċjali għoljin tal-gvern fil-Korea t’Isfel.
Hu kien ikkwota li qal li “l-Korea ta’ Fuq għandha l-kapaċita’ li tipproduċi xi erba’ bombi nukleari kull sena u jidher li l-Korea ta’ Fuq se jkollha fil-pussess tagħha xi 20 bomba nukleari sal-2016”.
Il-Professur Hecker jemmen li l-Korea ta’ Fuq għadha ma wettqitx il-proċess biex tnaqqas id-daqs tal-armi tagħha, li jippermetti lir-reġim biex jgħaqqad il-bombi nukleari ma’ missili ballistiċi, u se tkun qed twettaq aktar testijiet nukleari.
Aktar f’IN-NAZZJON tas-Sibt
IL-KOREA TA’ FUQ: Tista’ tipproduċi erba’ bombi nukleari kull sena


