Lokali

Kaos fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta minħabba strajk ġenerali fl-Italja u problemi tekniċi f’Londra

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta spiċċa f’kaos qawwi minħabba strajk ġenerali li għaddej bħalissa fl-ajruporti ewlenin tal-Italja.

Fl-istess waqt, it-titjiriet lejn pajjiżna mistenija jintlaqtu wkoll minħabba li l-ajruporti ewlenin fil-kapitali Ingliża Londra jinsabu magħluqin kawża ta’ ħsarat tekniċi fis-sistemi kompjuterizzati tal-ajruporti.

Fil-każ ta’ Londra, is-servizz mistenni jiġi lura għan-normal aktar tard illejla.

Kawża ta’ dawn iż-żewġ ċirkostanzi, s’issa kienu affettwati mill-anqas tliet titjiriet lejn Malta.