Lokali Parlament

L-2011 l-aktar sena li nqabdu abbużi

3,005 persuni jabbużaw f’ammont ta’ frodi li laħħaq iċ-ċifra ta’ aktar minn €16.6 miljun

L-2011 kienet l-aktar sena fl-aħħar ħames snin li nqabdu l-akbar numru ta’ persuni jabbużaw mill-benefiċċji soċjali, li kien ta’ 742 persuna, għalkemm l-akbar ammont finanzjarju ta’ frodi kien irreġistrat fis-sena ta’ qabel, fl-2010.

Jirriżulta mill-informazzjoni li ta l-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, Michael Farrugia, għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Clyde Puli, li fl-aħħar ħames snin inqabdu 3,005 persuni jabbużaw, f’ammont ta’ frodi li laħħaq iċ-ċifra ta’ €16,653,694.

Fis-sena 2010 kien hemm 677 persuna bl-ammont fi frodi jlaħħaq għal €3,716,295; fl-2011 kien hemm 742 persuna bl-ammont ikun ta’ €3,661,150; 548 persuna fl-2012 bl-ammont ta’ €2,827,459, fl-2013 kien hemm 565 persuna f’ammont li laħħaq €3,391,478; u din is-sena sa Ottubru kien hemm 473 persuna li abbużaw b’ċifra li laħqet is-somma ta’ €3,057,312.