Internazzjonali

Mistenni aktar roħs fil-prezz taż-żejt

L-Aġenzija Internazzjonali dwar l-Enerġija (IEA) qalet li l-prezzijiet taż-żejt mistennija jiġu taħt aktar pressjoni ‘l isfel, hekk kif qed tbassar talba għal tkabbir dinji minn 230,000 barmil kuljum għal 900,000 barmil kuljum. Dan għax qed ikun imbassar konsum inqas ta’ fjuwil fir-Russja u pajjiżi oħrajn li jesportaw iż-żejt.
Il-IEA qalet li għadu kmieni biex wieħed jistenna prezzijiet baxxi taż-żejt ħalli wieħed jibda jikkunsidra jikkontrolla l-provvista qawwija fit-Tramuntana tal-Istati Uniti.
Il-prezzijiet taż-żejt ilhom jinżlu drastikament sa minn Ġunju u dan minħabba tkabbir baxx għad-domanda kif ukoll għal żieda qawwija fiż-żejt shale tal-Istati Uniti.
Brent, il-kejl dinji dwar iż-żejt mhux maħdum, kien qed jinnegozja nhar il-Ġimgħa l-prezz ta’ $63-il barmil, ‘il isfel minn aktar minn 40 fil-mija minn Ġunju. It-tnaqqis fil-prezz niżel aktar wara l-pubblikazzjoni ta’ rapport tal-IEA.
Iż-żieda fil-provvista ta’ light tight oil se timbotta il-produzzjoni kollha taż-żejt mhux tal-OPEC għal tkabbir rekord ta’ 1.9 barmil kuljum kull sena, għalkemm il-pass tat-tkabbir mistenni jbatti għal 1.3 miljun matul is-sena d-dieħla.