Il-Milied mhux se jibqa’ fuq il-kalendarju tas-sena d-dieħla għal skola f’Maryland – wara talbiet minn mexxejja Musulmani lokali sabiex il-vaganzi tagħhom ikunu rikonoxxuti.
Il-Bord tal-Edukazzjoni għall-Iskejjel Pubbliċi ta’ Montgomery County ivvota favur biex jinqatgħu kull referenza għal ċelebrazzjonijiet reliġjużi għall-perijodu 2015-2016.
Bħas-snin imgħoddija, l-iskejjel kollha fid-distrett se jkunu magħluqin fil-vaganzi prinċipali tal-Lhud u tal-Insara. Dan għax dawn il-jiem juru numru kbir ta’ assentejiżmu – u mhux b’osservanza ta’ dawn iċ-ċelebrazzjonijiet.
Iżda għal ħafna attivisti, jidher li l-iskola jkun jaqblilha li twarrab l-osservanzi reliġjużi għal kollox milli jkunu introdotti l-vaganzi Musulmani.
//= $special ?>

