Eluf ta’ Jażidi għadhom maqbuda fuq il-Muntanja Sinjar, kważi kompletament iċċirkondati minn ġellieda tal-ISIS fit-Tramuntana tal-Iraq.
Hekk kif l-ISIS iċċirkonda 50,000 Jażidi fuq il-muntanja lura f’Awwissu, fejn wissewhom li se joqtluhom, il-President Barack Obama ordna azzjonijiet militari mill-ajru fuq estremisti Iżlamiċi filwaqt li r-Renju Unit waddab għajnuna umanitarja lil dawk fi bżonn.
Iżda erba’ xhur wara, id-dinja baqgħet għaddejja, u nsiet il-qagħda ta’ madwar 8,000 raġel, mara u tifel u tifla li għadhom maqbuda fuq il-Muntanja Sinjar, bi ftit li ġew salvati fl-aħħar ftit ġimgħat.
//= $special ?>