Fl-Olanda, raġel xtaq jipproponi lit-tfajla b’mod oriġinali u mhux tas-soltu. Għalhekk kera krejn. Imma din l-idea tiegħu spiċċat b’mod drammatiku.
Ir-raġel xtaq li jiddendel bil-krejn quddiem il-kamra tas-sodda tat-tfajla tiegħu, ikantalha kanzunetta u finalment jistaqsiha jekk tridx tiżżewġu.
Imma minflok kanta l-kanzunetta, jirriżulta li l-krejn ma tantx kien sigur u spiċċa għeleb u faqa’ s-saqaf tal-ġirien tat-tfajla u karozza li kienet ipparkjata quddiem id-dar. U biex tgħaxxaqha, meta fuq il-post wasal krejn ieħor u pprova jtella’ l-krejn minn fuq id-dar, dan l-attentat falla u l-krejn reġa’ waqa’ u għamel ħsara f’żewġt’idjar oħra.
Għallinqas it-tfajla qaltlu iva, u skont rapporti fil-midja, huma qed jiċċelebraw f’Pariġi.
//= $special ?>