Il-media soċjali Facebook qed taħseb biex tniedi d-“dislike button”, bħala mezz alternattiv għall-membri biex juru li jagħtu kas, mingħajr ma jidhru insensittivi.
Meta xi annimal domestiku jmut, jew xi persuna titfa’ xi aħbar ħażina fuq il-Facebook, it-turija ta’ simpatija billi wieħed jiklikkja l-buttuna Like, mhix kunsidrata bħala xi ħaġa tajba.
Allura, b’dan il-fatt ikkunsidrat, il-qafas soċjali qed jaħseb biex joħloq modi alternattivi għall-membri tiegħu sabiex juru li jagħtu kas.
Mark Zuckerberg ammetta li hu qed jaħdem fuq id-dislike button – iżda x’aktarx li l-buttuna ma tissejjaħx ‘dislike’.
Hu u jitkellem mill-uffiċċji tad-ditta f’Kalifornja, Zuckerberg qal: “Irridu nsibu l-aħjar mod biex nagħmluha (il-buttuna) sabiex tkun forza għat-tajjeb u mhux forza għall-ħażin.”.
//= $special ?>