Fir-Renju Unit, ir-repetizzjonijiet tal-programmi fuq it-televiżjoni li jappellaw l-aktar lin-nies saru ‘tradizzjoni tal-Milied’ u din is-sena m’għandhiex tkun l-eċċezzjoni.
Fil-fatt, fil-ġimgħat li jmiss, 60 fil-mija tal-programmi fuq l-erba’ stazzjonijiet ewlenin fir-Renju Unit se jinvolvu ‘repeats’ jew ‘favoriti antiki’ tal-familja.
Il-perijodu tal-Milied se jintroduċi skeda b’650 siegħa ta’ xandir li jinvolvi repetizzjonijiet ta’ programmi, fosthom il-films tat-tfal u għall-familja minbarra varjeta ta’ programmi tat-tisjir.
Din is-sena lanqas ma jonqsu l-‘Christmas Specials’ tal-programmi li huma popolari matul is-sena kollha, bil-BBC se jxandar edizzjonijiet speċjali ta’ Strictly Come Dancing, Call the Midwife u Miranda.
Intant, l-istazzjonijiet ITV u Channel 4 se jagħfsu wkoll fuq ‘il-materjal antik’ li jinkludi repetizzjonijiet tal-programmi popolari mal-familji. Dan minbarra l-iskedi tal-films li kienu ħarġu f’dan iż-żmien tas-sena, inklużi Harry Potter, The Railway Children, Skyfall u varjeta ta’ produzzjonijiet b’temi tal-Milied.
//= $special ?>