Il-bieraħ l-Ministru tal-Affarijiet Barranin George Vella kellu laqgħa ma’ l-ambaxxatur il-ġdid tal-Greċja għal Malta Theodoros Daskarolis. Laqgħa li saret fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.
L-Ambaxxatur Daskarolis wassal it-tislijiet tal-President Grieg Karolos Papoulias filwaqt li qal li ser jaħdem sabiex tisaħħaħ ir-relazzjoni eċċelenti u ta’ ħbiberija li hemm bejn iż-żewġ pajjiżi li huma membri tal-Unjoni Ewropea u stati Mediterranji.
Il-Ministru George Vella minn naħa tiegħu fakkar fiż-żjara tal-President Papoulias f’Malta fi Frar li għaddha, l-ewwel żjara ta’ President Grieg f’Malta. Matul il-laqgħa id-diskussjoni misset bosta temi fosthom il-politika marittima, il-kultura, l-Eġittu, l-Lvant Nofsani u s-sitwazzjoni fil-Libja.
//= $special ?>