Nhar l-Erbgħa id-dinja ċċelebrat il-Jum tad-Drittijiet tal-Bniedem, b’tifkira għal dawk kollha li fid-dinja tal-llum qed jgħixu bid-drittijiet tagħhom mhedda.
Għal dan il-għan, matul il-ġimgħa, l-Għaqda tal-Istudenti tal-Mediċina ta’ Malta, l-MMSA, organizzat numru ta’ attivitajiet biex tqanqal iktar kuxjenza dwar id-drittijiet tal-bniedem fost l-istudenti u l-pubbliku in ġenerali.
Proprju s-Sibt filgħodu, numru ta’ studenti tal-mediċina nġabru fi Pjazza Jean de la Vallete fejn infurmaw lil pubbliku dwar ix-xorti li għandhom li jgħixu f’pajjiż fejn id-drittijiet tagħna huma mħarsa.
B’emfażi fuq erba’ drittijiet fundamentali, id-dritt għal ħajja, għall-edukazzjoni, għall-opinjoni u għall-ugwaljanza.
Biex jilħqu dan il-għan, fost oħrajn, l-istudenti offrew lil pubbliku ċ-ċans li jikteb xi ħaġa biex jesprimi ruħu dwar id-drittijiet tal-bniedem fid-dinja tal-lum.
Din l-attivita’ kienet biss tkomplija ta’ sensiela ta’ attivitajiet li kienu organizzati fl-aħħar jiem, fosthom b’workshop u bit-tnedija ta’ proġett ta’ volontarjat għall-istudenti, bl-isem ta’ Amigo. Progett li qed jiġbed ukoll l-attenzjoni ta’ studenti tal-mediċina minn barra minn Malta.
//= $special ?>