Il-UĦM fi stqarrija bi dritt tar-risposta qalet li kuntrarju għal dak li qal Paul Pace (MUMN) il-UĦM u l-gvern kienu qablu li d-direttivi tal-UĦM ma’ kienux ipoġġu l-ħajja tal-pazjenti fil-periklu.
Il-UĦM qalet li Paul Pace għandu jiffoka aktar fuq il-ħidma sabiex jiġi assigurat li d-drittijiet tal-infermiera ma’ jiġux mittiefsa flok jgħati impressjoni ħażina fuq direttivi li huma legali u moralment koretti.
Kontra għal dak li qal Paul Pace, kampjuni urpenti qegħdin jiġu proċessati bl-istess kampjuni jieħdu ħsiebhom in-Nursing Aides u Care Workers flok infermiera.
Id-direttivi konsistenti ta’ Paul Pace iħallu impatt fuq il-membri tal-UĦM. Eżempju ta’ dan huwa meta Paul Pace ħareġ direttiva sabiex pazjenti ma’ jitniżżlux mis-soddod. Kien l-intervent tal-fiżjoterapisti li salvat is-sitwazzjoni.
Il-UĦM fakkret ukoll li l-union li jmexxi Paul Pace kienet il-union li effettivament waqfet il-kimoterapija u kien biss permezz tal-UĦM u l-membri spiżjara tagħha li ġew salvati l-ħajjiet tal-pazjenti permess tal-kimoterapija.
Il-UĦM staqsoet jekk l-intervent ta’ Pace għandux aġenda moħbija. Staqsiet jekk ħarġitx sejħa għall-applikazzjonijiet b’kumbinazzjoni. UĦM qalet li fil-kommunikat tal-gvern mal-UĦM dalgħodu il-gvern rrefera għall-istqarrija ta’ Pace qabel ma’ din saret pubblika. Josef Vella f’isem il-UĦM staqsa jekk dan iffisirx li l-gvern u Pace qegħdin jaħdmu flimkien kontra l-UĦM.
Vella kkonkluda billi qal, “Nixtieq nirringrazzja lil ħaddiema kollha li bħalissa qegħdin isegwu azzjonijiet industrijali talli qegħdin juru sapport u solidarjeta’ minflok jgħatu bl-istalletti fid-dahar. Dan huwa l-ispirtu li għandu jkun hemm fil-moviment trade unionista.
Intant fi stqarrija oħra l-MUMN ċaħdet li hi qatt tgħat direttivi li wasslu sabiex tieqaf il-kimoterapija.
Aktar kmieni…
Il-Union għall-Infermieri u l-Qwiebel, l-MUMN qed issostni li d-direttivi maħruġa l-Erbgħa mill-Union Ħaddiema Magħqudin, il-UĦM, qed ipoġġu l-ħajja tal-pazjenti fl-isptar Mater Dei f’riskju.
Id-direttivi li nħarġu mill-UĦM huma ndirizzati lil dawk li jaħdmu fl-isptar Sir Paul Boffa, San Vinċenz de Paul, f’Mater Dei, fl-isptar Karen Grech u diversi dipartimenti oħra fl-isptarijiet bħal dawk tad-dentistrija, l-fiżjoterapisti, l-ispeċjalisti tas-saqajn u għal dawk li jaħdmu fil-qasam tar-radjografija u għall-kliniċi fl-iskejjel.
Id-direttivi li jinkludu li ma jwieġbux it-telefon u mezzi ta’ komunikazzjoni oħrajn, work to rule, ma jarawx każi ġodda, u ma jdurux is-swali nħarġu mill-UĦM wara li l-Gvern baqa’ ma impjegax 90 student li ggradwaw f’dixxiplini varji fil-qasam tas-saħħa.
Minn naħa tagħha l-MUMN qed issostni li d-direttivi maħruġa fl-isptar Mater Dei għal Laboratory Technicians nħarġu b’mod irresponsabbli.
L-istqarrija tal-MUMN tgħid li d-direttivi maħruġa għal Laboratory Technicians jgħidu biex jirrifjutaw milli jiproċessaw, anke jekk b’mod immedjat, analiżi tad-demm, billi ma jaċċettawx kampjuni tad-demm u għalhekk mhux joħorġu riżultati. Direttiva li fl-aħħar mill-aħħar qed taffettwa lill-pazjenti li jinsabu f’kundizzjoni kritika.
Kawża ta’ din id-direttiva, tkompli tgħid l-istqarrija tal-MUMN, infermiera u qwiebel qed ikunu kostretti jabandunaw is-swali rispettivi tagħhom biex jieħdu l-kampjuni tad-demm huma fil-Laboratorju minflok it-tekniċi tal-laboratorji.
L-MUMN qalet li d-direttivi li toħroġ hi bhala union qatt ma ħallew impatt negattiv fuq il-pazjenti u lanqas ma ħallew impatt negattiv fuq membri ta’ unions oħrajn, kif filfatt ġara bid-direttivi maħruġa mill-UĦM.
L-MUMN qed tappella lill-membri tagħha biex ikomplu jibgħatu l-kampjuni tad-demm fil-laboratorju permezz tal-pneumatic tube system. Jekk minħabba d-direttivi tal-UĦM il-kampjuni tad-demm jintbagħtu lura, l-infermiera u l-qwiebel għandhom jibqgħu jibgħatuhom fil-laboratorju biex forsi jiġu aċċettati u jinħarġu r-riżultati.
//= $special ?>