Lokali

Ritratti: Dilettanti ta’ trakkijiet f’Ta’ Qali

Dalgħodu grupp ta’ dilettanti ta’ trakkijiet varji ħadu inizjattiva biex iltaqgħu f’ Ta’ Qali biex jiġbru fondi b’risq l-Istrina. Inizjattiva li preżenti għaliha kien hemm ukoll il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għaż-żgħażagħ u sport Robert Cutajar.

B’Kollox kienu esibiti aktar minn 50 trakk differenti . Fost it-trakkijiet esebiti kien hemm dak tal-Maksar , l-aktar trakk veloċi fid-dinja fil-kwart ta’ mil.

trucks 2