Ġeru ta’ ftit xhur ġie salvat minn xkora li kien abbandunat fiha f’Ħal Luqa, qrib Monte Kristo. Il-ġeru hu kelb tal-kaċċa li ma jidhirx li għandu sinjali ta’ moħqrija.
Nadine Calleja, ħabiba tal-persuna li sabet u salvat dan il-kelb appellat biex xi ħadd joffri li jadotta u jagħti kenn lil dan il-ġeru żħir.
Immedjatament wara li ttellgħu r-ritratti ta’ dan il-ġeru fuq Facebook, kienu mijiet dawk li kitbu kummenti ta’ kundanna għall-abbandun ta’ dan il-kleb b’mod daqshekk kiefer. Oħrajn offrew li jkunu huma li jżommu b’għożża lil dan il-kelb.
//= $special ?>