Lokali

Sudaniz f’qagħda kritika wara argument

habta
Incident

Raġel Sudaniż ta’ 55 sena u residenti Ħal Balzan jinstab f’qagħda kritika wara li allegatament qala’ daqqa ta’ arma bil-ponta u li taqta waqt argument fi Triq id-Duluri il-Ħamrun.

Kien il-bieraħ filgħaxija meta żewġ rġiel marru l-għassa tal-pulizija tal-Ħamrun sabiex jirraportaw argument, bil-ħwejjeġ taż-żewġ rġiel ikunu miksija bid-demm. Ambulanza ssejħet fil-post sabiex tgħati l-għajnuna medika meħtieġa.

L-argument jidher li seħħ fis-sitta u nofs ta’ filgħaxija bir-raġel l-ieħor li mar l-għassa flimkien mas-Sudaniż ta’ 55 sena ikun ukoll raġel Sundaniż, ta’ 46 sena li ġie ċertifikat li qiegħed jsoffri minn ġrieħi ħfief.

Raġel Somalu qiegħed jassisti l-pulizija fl-investigazzjonijiet tagħhom. Il-Maġistrat ta’ l-għassa Carol Peralta ħatar inkjesta sabiex tinvestiga.