Tard ilbieraħ filgħaxija l-Pulizija arrestat raġel ta’ 20 sena mill-Ghana iżda residenti Sqallija wara li ġewwa back-pack li kien qiegħed iġġor kellu madwar kilo ħaxixa suspettata ħaxixa tal-Cannabis.
Minn aktar investigazzjonijiet illi saru b’konnessjoni ma’ din is-sejba, raġel ieħor ta’ 29 sena mill-Gambia iżda residenti tas-Sliema ġie arrestat mill-Pulizija. L-arrest seħħ kmieni illum wara nofsinhar ġewwa tas-Sliema.
Il-Maġistrat tal-Għassa Carol Peralta ġie infurmat bil-każ u ħatar diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>