Inċident tat-traffiku ra żgħażugħ ta’ 23 sena mis-Siġġiewi jittieħed l-isptar wara li l-karozza li kien qed isuq baqgħet dieħla f’siġra fis-Siġġiewi.
Iż-żagħżugħ kien qiegħed isuq Ford Escort fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi, fid-direzzjoni ta’ Ħaż-Żebbuġ, meta seħħ l-inċident. Miegħu fil-karozza kien hemm ġuvni ta’ 25 sena mill-Gżira.
Is-sewwieq inħareġ mill-karozza minn membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza fejn qiegħed isofri bi grieħi serji.
Il-passiġġier ma sofra ebda ġerħa.
//= $special ?>