Il-pulizija Torka illum għamlet rejds f’diversi postijiet, fosthom, fi stazzjon tat-televiżjoni u fi stamperija f’Istanbul, kif ukoll fi 12-il belt oħra. F’dawn ir-rejds ġew arrestati diversi persuni.
Fost dawk li ġew arrestati hemm executive, produtturi u diretturi ta’ stazzjon televiżiv li huma qrib ta’ Fethullah Gulen, reliġjuż Muslman bażat fl-Istati Uniti.
Il-pulizija ta’ kontra t-terroriżmu wkoll għamlet rejds fl-uffiċċji tal-ġurnal Zaman, li wkoll għandu rabtiet ma’ Gulen. Madankollu, folla kbira barra l-uffiċċji tal-ġurnal f’Istanbul sfurzaw lill-pulizija biex jitilqu mingħajr ma ġie arrestat xi ħadd mill-impjegati.
Aktar f’In-Nazzjon ta’ għada.
//= $special ?>