Mill-inqas 129 raġel, mara u tifel u tifla huma maħsuba mejta wara li bastiment iffullat bin-nies għereq f’Lake Tanganiyka fix-Xlokk tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo.
Aktar minn 200 persuna, il-maġġoranza tagħhom irġiel, ħelsuha mill-mewt wara li ħafna minnhom irnexxielhom iżommu ma’ fdalijiet tal-bastiment.
L-iffullar fuq il-vapur u riħ qawwi wasslu għal dan l-inċident fatali.
//= $special ?>