F’laqgħa pubblika suppost tal-Gvern bl-isem “Gvern li Jisma’” il-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza folla ta’ partitarji fl-iskola sekondarja tas-Siġġiewi, fejn matulha Muscat wieġeb mistoqsijiet mill-pubbliku preżenti, b’temi rikorrenti fosthom l-immigrazzjoni u l-problema tat-trasport pubbliku.
Mistoqsi dwar ir-rapport tal-inkjesta tal-mewt ta’ Mamadou Kamara, il-Prim Ministru qal li ma kienx ħa jikkumenta dwar dan f’din l-attivita’ imtella mill-Gvern. Biss qal li trid tintrefa’ responsabbilta’ politika minn min waqqaf li jittieħdu passi dixxiplinarji u talli r-rapport ma kienx ippubblikat.
Madanakollu, ma għamel ebda referenza għall-kritika li saritlu minn ġurnali, ghaqdiet mhux governattivi u partiti politiċi li nqeda’ b’dan ir-rapport biex jaljena mill-attenzjoni fuq il-każ Manwel Mallia.
Tkellem ukoll dwar persuni b’diżabilita’ u rrefera wkoll għal ghaxar djar ġodda li se jinfetħu qalb il-komunita’. Il-Prim Ministru hawnhekk għamel referenza għall-mainstreaming fis-sistema edukattiva u l-inklużjoni ta’ tfal b’diżabilita’ imwettqa minn amministrazzjoni preċedenti, u fissirha bhala suċċess.
Dwar l-immigrazzjoni, Muscat qal illi matul dan is-sajf ftit kienu l-immigranti li waslu Malta, iżda fil-verita ‘il-moviment fl-ibħra kien wieħed kontinwu. Muscat qal li kienet l-Italja li assorbiet ħafna mill-immigranti hi. L-Ewropa, qal Joseph Muscat ħaslet idejha bħal Pilatu, f’kazijiet bħal dawn.
//= $special ?>