L-awtoritajiet fl-Indoneżja qalu li tagħmir speċjalizzat intuża sabiex issir tfittxija għal aktar minn 80 persuna li ġew rappurtati nieqsa f’valanga tat-tajn li seħħet fiċ-ċentru ta’ Java.
Mill-inqas 20 persuna mietu u għexieren sfaw midruba fl-inċident li seħħ fil-villaġġ ta’ Jemblung nhar il-Ġimgħa.
It-tfittxija kienet ostakolata minħabba xita qalila u minħabba diffikultajiet biex wieħed jikseb aċċess għas-sit fejn seħħ id-diżastru.
Għargħar kbar u valangi tat-tajn fatali, kawżati minn xita qalila tal-istaġun, huma spissi fl-Indoneżja.
Aktar f’In-Nazzjon ta’ għada.
//= $special ?>