Lokali

Jaqa’ mill-irdum f’Wied Babu

Raġel ta’ nazzjonalita’ Brittanika waqa’ mill-għoli waqt li kien tiela’ mal-irdum ta’ Wied Babu, fiż-Żurrieq.

L-inċident seħħ proprju ftit tal-ħin ilu.

Ir-raġel, ta’ 27 sena, waqa’ f’żona li ma tistax tkun aċċessata b’vetturi u allura qed jistenna l-għajnuna mill-ajru, bil-helikopter tas-salvataġġ.

Il-Pulizija rrappurtat li r-raġel qiegħed f’sensieh u ma jinsabx f’kundizzjoni serja.