Proprju ftit tal-ħin ilu, intleħħaq qbil bejn membri tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-bidliet li jridu jsiru biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-dijosidu tal-karbonju, jew aħjar, CO2.
Dan bħala parti minn ħidma internazzjonali kontra l-bidla fil-klima.
F’negozjati li damu jiem għaddejjin, u li saru f”Lima, fil-Peru, l-istati membri tan-Nazzjonijiet Uniti wegħdu li se jkunu qed jaqdu d-dmirijiet tagħhom biex inaqqsu l-emissjonijiet f’pajjiżhom.
Il-laqgħa wasslet biex jitfassal qafas wiesgħa ta’ ideat biex dan l-għan jintleħaq, liema qafas se jkun diskuss b’mod iktar estensiv fix-xhur li ġejjin, biex fl-2015 dan il-qbil ikun issiġillat.
//= $special ?>