Internazzjonali

L-Iżrael se jirrifjuta sforzi tan-Nazzjonijiet Uniti għal ħolqien ta’ stat Palestinjan

Il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu saħaq li hu se jkun qed jgħid lis-Segretarju tal-Istat Amerikan John Kerry, li l-Iżrael se jirrifjuta kull sforz fin-Nazzjonijiet Uniti sabiex jitwaqqaf perijodu ta’ żmien għall-irtirar minn territorju li l-Palestinjani jriduh bħala l-istat tagħhom.

Id-Dipartiment tal-Istat qal li ż-żewġt irġiel se jiltaqgħu f’Ruma għada sabiex jiddiskutu d-diversi proposti għal stat Palestinjan – proposti li qed jiċċirkulaw fin-Nazzjonijiet Uniti.

John Kerry imbagħad se jiltaqa’ ma’ Saeb Erekat, in-negozjatur prinċipali Palestinjan kif ukoll ma’ delegazzjoni ta’ ministri barranin Għarab f’Londra t-Tlieta. Dawn se jappellaw biex l-Istati Uniti ma tużax il-veto tagħha fil-Kunsill tas-Sigurta’ fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti sabiex timblokka l-proposti.

Aktar f’In-Nazzjon ta’ għada.