Fabbrika tal-faqqiegħ fl-Imġarr matul il-lejl li għadda, għall-ħabta tal-ħdax, ġarrbet ħsarat estensivi wara li nħakmet minn nar li x’aktarx tqabbad apposta.
Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ, bil-membri tal-Protezzjoni Ċivili f’din il-fabbrika li tinsab fi Triq iż-Żebbiegħ u kkontrollaw in-nirien.
Bħalissa għaddejja inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-għassa li ħatar diversi esperti biex jgħinuh. Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.
//= $special ?>