Internazzjonali

Ritratti tal-Milied ta’ Prinċep Ġorġ

Il-monarkija tar-Renju Unit fis-sigħat li għaddew ippublikat ritratti tal-Prinċep Ġorġ, li issa għandu sbatax-il xahar.

Ir-ritratti ttieħdu f’Kensington Palace, bi tħejjija għal festi tal-Milied.

L-ewwel tifel tal-Prinċep William u d-Dukessa Kate ġibed l-ammirazzjoni ta’ eluf kbar minn madwar id-dinja u dawn ir-ritratti jidhru li ħolqu sensazzjoni fost dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-monarkija Brittanika.