Tifla ta’ 11-il sena serqet $10,000 mingħand in-nanna tagħha biex imbagħad ħallset xufier tat-taxi iktar minn $1,600 biex jeħodha n-naħa l-oħra tal-pajjiż. U dan kollu biex tiltaqa’ ma’ żagħżugħ ta’ 16-il sena li kienet qed tikkuntatja permezz tal-internet.
Is-serqa saret f’Arkansas, fl-Istati Uniti, fejn it-tifla, Alexis Waller, żaret dar in-nanna tagħha u serqet il-flus minn kexxun fejn din kienet iżżomm il-kalzetti.
Wara, hi sabet taxi u talbitu jeħodha fi Florida, mijiet ta’ kilometri ‘l bogħod. Iżda lanqas leħqet għamlet 600 kilometru, li ma twaqqfitx mill-Pulizija.
Il-ġenituri u n-nanna tat-tfajla esprimew id-diżappunt tagħhom għal dak li ġara, għalkemm iddeċidew li ma jipproċedux kontra t-tifla.
//= $special ?>