Tlett itfal mietu wara li ġġarraf bini fi skola tal-kindergarten fit-Tramuntana taċ-Ċina.
Skont l-aġenzija tal-aħbarijiet Xinhua, it-tfal twasslu għall-kura fl-isptar iżda mietu minħabba l-ġrieħi gravi li ġarrbu.
Tlett itfal oħrajn indarbu fl-inċident, fil-kontea ta’ Yongqing, fil-provinċja ta’ Hebei.
Livelli dwar is-sigurta’ fl-iskejjel kienu ta’ tħassib pubbliku fiċ-Ċina peress li ħafna binjiet iġġarrfu waqt terremot kbir li ħakem il-pajjiż fl-2008.
Eluf ta’ tfal tal-iskola kienu fost kważi 90,000 persuna li mietu – traġedja li wasslet għal kritika ħarxa kontra l-awtoritajiet dwar bini li jsir bl-addoċċ u dwar in-nuqqas ta’ miżuri tas-sigurta’.
//= $special ?>