Raġel ta’ nazzjonalità barranija kien arrestat matul il-lejl li għadda mill-Pulizija wara li allegatament kien qed jistupra mara f’San Ġiljan.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li r-raġel kien arrestat fi Triq San Ġorġ, għall-ħabta tat-3.10am, wara li l-Uffiċjali tal-Korp kienu għaddejjin fuq ronda semgħu lill-vittma tgħajjat. Meta ppruvaw jarrestawh, il-barrani offra reżistenza u anke pprova jaħrab.
Il-vittma ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li sofriet minn xi feriti. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, filwaqt li nħatru diversi esperti biex jassistu f’Inkjesta Maġisterjali.
//= $special ?>