Lokali

Direttiva mill-MUT għall-għalliema tal-MCAST

Il-Union tal-Ghalliema Maltin tat direttiva lill-ghalliema kollha tal-MCAST biex ma jiffirmawx policy dwar l-IT li nbghat lill-ghalliema mill-MCAST.

Fi stqarrija l-MUT qalet li din il-policy saret minghajr konsultazzjoni u ftehim mal-Union, u ghaldaqstant tat direttiva biex l-ghalliema kollha tal-MCAST ma jiffirmawx din il-policy.