Il-Gvern Laburista ħalla jsiru abbużi kbar u esplojtazzjoni tal-vulnerabbli, filwaqt li noqgħodu niċċelebraw id-drittijiet ċivili u l-liberaliżmu progressiv.
Kien b’dan il-mod li d-Deputata Laburista Marlene Farrugia ddeskriviet il-Gvern Laburista f’artiklu ppubblikat fil-ħarġa tat-Tnejn ta’ The Malta Independent. Hi qaliet li l-iħfef ħaġa għaliha kienet tkun li toqgħod bilqgħeda b’fomma sieket u toqgħod tħabbat fuq il-mejda meta jitkellem il-Mexxej tagħhha.
Marlene Farrugia qalet li l-‘istil ġdid ta’ Gvern’ għadu ma laħaqx l-aspettattivi u xhieda ta’ dan hemm id-deterjorazzjoni tal-kwalita’ fl-ambjent, iż-żieda fil-burokrazija, il-falliment ta’ istituzzjonijiet kruċjali bħall-Pulizija u l-mod ta’ kif fl-aħħar għoxrin xahar inħeba dokument dwar is-sitwazzjoni fiċ-Ċentri ta’ Detenzjoni.
Fl-artiklu tagħha fuq The Malta Independent Marlene Farrugia tikteb li tispera li l-artikli tagħha għas-sena 2015 jkunu dwar il-mod kif il-Gvern Laburista ikun qed jerġa’ jikseb il-moralita’, jibda’ mill-ġdid biex il-poplu jingħata l-Gvern li jixraqlu.
//= $special ?>