Lokali

Il-Kap tal-Oppożizzjoni jiltaqa’ mas-sidien tal-ħwienet

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil dalgħodu għamel żjara f’diversi ħwienet fi Triq il-Merkantti fil-Belt, fejn iltaqa’ mas-sidien tal-ħwienet u anke mal-ħaddiema tal-istabbilimenti.

Matul iż-żjara, il-Kap tal-PN tkellem mal-ħaddiema u s-sidien dwar l-andament tal-bejgħ u n-negozju f’dawn iż-żminijiet, kif ukoll dwar ix-xejriet ġodda tal-kummerċ fil-Belt. Mas-sidien, Simon Busuttil tkellem ukoll dwar l-isfidi li għandhom kif ukoll dwar l-importanza li aktar konsumaturi jkunu attirati lejn il-Belt għax-xiri.

Aspett ieħor diskuss kien is-sitwazzjoni tal-ħwienet fi Triq il-Merkanti, li hi t-tieni l-aktar triq kummerċjalment importanti fil-Belt. Din iż-żjara kienet organizzata mill-Forum tal-SMEs fi ħdan il-PN u qabel, żar ukoll Presepju fil-Kripta tal-Knisja tal-Agostinjani fil-Belt.