Lokali

Il-Kap tal-PN Simon Busuttil jiltaqa’ mal-komunita’ kummerċjali fil-Belt Valletta

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil dalgħodu għamel żjara f’diversi ħwienet fi Triq il-Merkantti fil-Belt fejn iltaqa’ kemm mas-sidien tal-ħwienet kif ukoll mal-ħaddiema mpjegati.

Tul din iż-żjara l-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem mal-ħaddiema u s-sidien dwar l-andament tal-bejgħ u n-negozju f’dawn iż-żminijiet kif ukoll dwar ix-xejriet ġodda tal-kummerċ fil-Belt.

Mas-sidien tal-ħwienet il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem ukoll dwar l-isfidi li huma għandhom f’dawn iż-żminijiet kif ukoll dwar l-importanza li iktar konsumaturi jkunu attirati lejn il-Belt għax-xiri.

Aspett ieħor diskuss kif is-sitwazzjoni tal-ħwienet fi Triq il-Merkanti, li hi t-tieni l-iktar triq kummerċjalment importanti fil-Belt. Din iż-żjara kienet organizzata mill-Forum SMEs Partit Nazzjonalista.

Qabel iż-żjara fi Triq il-merkantit, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista żar ukoll presepju fil-kripta tal-Knisja tal-Agostinjani fil-Belt.