Bi sforz kolettiv bejn ċentri ta’ investigazzjoni minn madwar id-dinja, fis-snin li għaddew inħoloq dak li jissejjaħ “Organized Crime and Corruption Reporting Project”, magħruf ukoll bħala OCCRP.
Proġett li l-għan tiegħu hu li jiżvela l-isem ta’ kriminali li jinsabu fuq quddiem fid-dinja tal-kriminalita’ organizzata u l-koruzzjoni
U fl-ewwel lista li ppublikaw,proprju fl-2012, iċ-ċentri investigattivi ma innominaw lil ħadd għajr il-President tal-Azerbaijan, Ilham Aliyev, l-istess President li qed jittratta miegħu l-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat, fi ftehim dwar il-provista tal-gass f’Malta.
Il-President tal-Azerbaijan hu meqjus bħala l-“persuna tas-sena” f’dak li għandu x’jaqsam mal-korruzzjoni, b’rivelazzjonijiet ġodda juru li hu kiseb ishma kbar mill-industriji tad-deheb u l-minerali, tal-kostruzzjoni u tat-telekomunikazzjoni fil-pajjiż li tiegħu hu President. U dan kollu jidher li għamlu permezz tal-influwenza politika tiegħu, billi ġiegħel lil Gvern tiegħu jiffirma numru ta’ kuntratti biex jaġevola lilu nnifsu u lil familjari tiegħu.
L-istess rapport iqabbel lil dan il-President ma’ kap tal-mafja u dittatur, li ħadem b’mod sistematiku biex iġib taħt idejh l-iktar negozji influwenti fil-pajjiż.
Hu implikat ukoll li, permezz ta’ ftehim li għamel fil-passat, kiseb ammont vast ta’ proprjeta’ f’pajjiżi barranin, fosthom mir-Repubblika Ċeka, taħt silenzju assolut.
Wieħed jistaqsi għaliex il-Prim Ministru ta’ pajjiżna għażel li jinnegozja ma’ persuna bħal dan, iktar u iktar fid-dawl tas-segretezza marbuta maż-żjara tiegħu fil-pajjiż tal-Azerbaijan, tant li lanqas il-midja lokali ma kienet mistiedna tattendi.
Iktar informazzjoni dwar il-President tal-Azerbaijan u r-rapprot dwaru fl-artiklu mehmuż.
//= $special ?>